Home
Categories
EXPLORE
True Crime
Comedy
Society & Culture
History
Business
Sports
News
About Us
Contact Us
Copyright
© 2024 PodJoint
00:00 / 00:00
Sign in

or

Don't have an account?
Sign up
Forgot password
https://is1-ssl.mzstatic.com/image/thumb/Podcasts221/v4/53/c9/48/53c9487c-f222-48e3-76ab-2935196ebc4d/mza_11543007143613100907.jpg/600x600bb.jpg
Ħallina mill-Kliem Tqil
Parlament Ewropew
23 episodes
6 hours ago
It-terminoloġija tal-UE spjegata b’lingwaġġ ċar Il-podcast Ħallina mill-Kliem Tqil jispjega t-terminoloġija kumplessa tal-UE b’lingwaġġ ċar. Kemm jekk inti espert jew għadek tibda, din is-sensiela ta’ podcasts tippermettilek taqbad art tal-kumplessitajiet billi tgħinek issir aktar familjari mal-istituzzjonijiet tal-UE bi spjegazzjonijiet ċari u sempliċi.
Show more...
Politics
News,
Government
RSS
All content for Ħallina mill-Kliem Tqil is the property of Parlament Ewropew and is served directly from their servers with no modification, redirects, or rehosting. The podcast is not affiliated with or endorsed by Podjoint in any way.
It-terminoloġija tal-UE spjegata b’lingwaġġ ċar Il-podcast Ħallina mill-Kliem Tqil jispjega t-terminoloġija kumplessa tal-UE b’lingwaġġ ċar. Kemm jekk inti espert jew għadek tibda, din is-sensiela ta’ podcasts tippermettilek taqbad art tal-kumplessitajiet billi tgħinek issir aktar familjari mal-istituzzjonijiet tal-UE bi spjegazzjonijiet ċari u sempliċi.
Show more...
Politics
News,
Government
Episodes (20/23)
Ħallina mill-Kliem Tqil
L-Unjoni Ewropea eqreb taċ-ċittadin: kif il-Kumitat tar-Reġjuni jsawwar il-ħajja lokali

Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom impatt kbir fuq il-ħajja lokali. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa l-korp li jiżgura li r-reġjuni u l-bliet tal-Unjoni Ewropea jkollhom vuċi fid-deċiżjonijiet tal-Unjoni. Ejja nitgħallmu kif il-Kumitat iqarreb lin-nies tal-Unjoni Ewropea lejn it-tfassil tal-politika tagħha.

Show more...
11 hours ago
6 minutes 32 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
L-Ewropa u l-kunsilli tagħha

L-Ewropa tospita tliet kunsilli ewlenin b’funzjonijiet importanti ħafna. Dawn huma l-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa. Għalkemm l-ismijiet tagħhom jidhru simili, ir-rwoli tagħhom huma differenti ħafna. Ejja nsiru nafu aktar dwar kull wieħed minn dawn il-kunsilli u kif tiddistingwihom minn xulxin f’dan il-podcast.

Show more...
1 month ago
8 minutes 31 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

X’inhi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u għaliex hija importanti għall-ħajja tiegħek ta’ kuljum? F’dan l-episodju, se niskopru kif il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiżgura li l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jiġu applikati b’mod ġust u ugwali fl-Istati Membri kollha, mill-aktar deċiżjonijiet importanti li tagħti sar-rwol tagħha fid-difiża tad-drittijiet taċ-ċittadini.

Show more...
1 month ago
4 minutes 9 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li huma inqas mitkellma

L-Irlandiż, il-Malti, l-Estonjan, il-Latvjan, is-Sloven u l-Litwan huma l-lingwi uffiċjali tal-UE u kull waħda minn dawn il-lingwi hija mitkellma minn inqas minn sitt miljun persuna. Madankollu, biex iżżomm mal-motto tagħha, “Magħquda fid-Diversità”, l-Unjoni Ewropea hija impenjata li tgħin lil dawn il-lingwi jissaħħu. Minn programmi edukattivi għal inizjattivi kulturali, l-UE għandha ħafna għodod innovattivi biex tappoġġja u tiċċelebra l-lingwi inqas mitkellma tagħha.

Show more...
4 months ago
9 minutes 40 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Kif taħdem?

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tinbidel kull sitt xhur minn Stat Membru għal ieħor. B’hekk, kull pajjiż ikollu perjodu li fih imexxi l-Kunsill u jkun jista’ jsawwar l-aġenda tal-Unjoni Ewropea għal dak il-perjodu. Iżda xi jfisser li jkollok il-presidenza u għaliex timxi b’rotazzjoni?

Show more...
5 months ago
7 minutes 30 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
X’inhi direttiva?

Direttiva hija att legali li jistabbilixxi għan li jridu jilħqu l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, huwa f’idejn il-pajjiżi individwali biex jadattaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom ħalli jilħqu dak l-għan. F’dan il-podcast, se nesploraw x’inhuma d-direttivi u kif dawn isibu ruħhom fil-liġi nazzjonali.

Show more...
5 months ago
6 minutes 6 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
It-Trattati tal-UE: ir-regoli li jsawru l-Ewropa

Trattat tal-UE huwa ftehim legalment vinkolanti bejn il-pajjiżi kollha tal-UE. Dawn it-trattati jistabbilixxu r-regoli tal-UE – kif taħdem, x’tista’ u x’ma tistax tagħmel u kif jittieħdu d-deċiżjonijiet. L-ewwel pass importanti sar fl-1957 bit-Trattat ta’ Ruma. Dan it-trattat stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea, li kellha l-għan li toħloq rabtiet aktar mill-qrib bejn l-ekonomiji Ewropej u tneħħi l-ostakli għall-kummerċ. Kienet għadha ma nħolqitx l-UE kif nafuha llum, iżda dan it-trattat poġġa l-pedamenti għaliha. Fl-2007 kien hemm it-Trattat ta’ Liżbona, l-aktar aġġornament reċenti tal-UE.

Show more...
5 months ago
5 minutes 36 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
Il-banek tal-Unjoni Ewropea

Qatt smajt bil-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew tal-Investiment? Taf x’jagħmlu? Xi ngħidu dwar ix-xebh u d-differenzi bejniethom? F’dan il-podcast, se nesploraw iż-żewġ istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin tal-Unjoni Ewropea u nagħtu ħarsa lejn l-għanijiet kondiviżi tagħhom u l-karatteristiċi distinti tagħhom.

Show more...
5 months ago
7 minutes 58 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
Nissalvagwardjaw il-valuri tal-Unjoni Ewropea: ħarsa lejn l-Artikolu 7

L-Artikolu 7 huwa għodda legali li tfasslet biex tipproteġi l-valuri li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea. Dan l-artikolu hu minqux fit-Trattat u jippermetti lill-Unjoni Ewropea tieħu azzjoni f’każ li Stat Membru jwettaq ksur serju jew ikun f’riskju li jwettaq ksur serju ta' dawn il-valuri ewlenin.

Show more...
6 months ago
1 minute

Ħallina mill-Kliem Tqil
L-indħil barrani: kif il-Parlament qed jiġġieled it-theddida għad-demokrazija tal-Unjoni Ewropea

Illum il-ġurnata, l-Ewropa qed tqis l-indħil barrani bħala theddida sistemika. Għalhekk, il-Parlament Ewropew qed iwieġeb għal din it-theddida billi jistabbilixxi strutturi tal-kumitati, liġijiet u strateġiji ġodda biex jiżgura li l-vuċi demokratika tal-Ewropej tibqa’ b’saħħitha, ċara u awtentika.

Show more...
6 months ago
6 minutes 40 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
Ir-rwol tal-Ombudsman Ewropew
X’inhu r-rwol tal-Ombudsman Ewropew? F’liema każijiet huwa rilevanti u x’rabta għandu mal-Parlament Ewropew? L-Ombudsman Ewropew huwa korp indipendenti u imparzjali li jassisti lill-persuni, lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet li jiltaqgħu ma’ problemi bl-amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, dan il-korp għandu rwol essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Ewropea.
Show more...
11 months ago
7 minutes 30 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
X’inhu t-tren leġiżlattiv?

Permezz tal-metafora tal-linji ferrovjarji, il-ferroviji u l-vaguni, is-sit tat-Tren Leġiżlattiv jippermetti lill-utenti jiġifieri l-Membri, il-persunal tal-Parlament u l-pubbliku ġenerali – isegwu l-evoluzzjoni tal-fajls leġiżlattivi matul il-leġiżlaturi attwali u preċedenti tal-Parlament Ewropew.

Show more...
1 year ago
6 minutes 19 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
Ir-rwol tad-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Id-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew huma gruppi uffiċjali ta’ Membri tal-PE li għandhom l-għan li jiżviluppaw relazzjonijiet mal-parlamenti ta’ pajjiżi terzi kif ukoll ma’ reġjuni jew organizzazzjonijiet terzi. Dawn id-delegazzjonijiet iżommu l-kuntatti internazzjonali tal-Parlament, jiżviluppawhom u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-rwol tal-Unjoni Ewropea u l-viżibbiltà tagħha madwar id-dinja.

Show more...
1 year ago
5 minutes 3 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
Ħallina mill-Kliem Tqil. Ir-rwol tar-rapporteur
Li tkun Membru tal-Parlament Ewropew ma jfissirx biss li tivvota u tieħu sehem fid-dibattiti waqt is-sessjoni plenarja. Il-Membri tal-Parlament Ewropew jistgħu jkunu responsabbli għat-tfassil ta’ rapport li jirrappreżenta l-opinjoni tal-Parlament dwar proposta jew dwar kwalunkwe suġġett ieħor: dan huwa r-rwol tar-rapporteur.
Show more...
1 year ago
5 minutes 20 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
Ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali
Il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali flimkien jiddefinixxu l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fi ħdan l-Unjoni. Din il-kooperazzjoni tieħu ħafna forom. Ejjew nagħtu ħarsa ġenerali qasira lejha f’dan il-podcast.
Show more...
1 year ago
5 minutes 47 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
Ir-rwol tal-kumitati parlamentari.
Minbarra li jattendu għas-sessjonijiet plenarji tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-PE jagħmlu parti mill-kumitati parlamentari. Dawn il-kumitati huma numerużi u kull wieħed minnhom huwa speċjalizzat f’suġġett. Imma kif jaħdmu?
Show more...
1 year ago
6 minutes 20 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
Ħallina mill-Kliem Tqil: Ir-rwol tal-Osservaturi
Ladarba jiġu eletti, il-Membri tal-PE jistgħu jassumu diversi rwoli. Jistgħu jservu bħala l-President jew bħala Viċi President tal-Parlament Ewropew, jidħlu f’kumitati, jew saħansitra jsiru osservaturi. Minkejja li hija pożizzjoni li nisimgħu inqas dwarha, ir-rwol ta’ osservatur xorta huwa rwol importanti daqs l-oħrajn fi ħdan il-Parlament. F’dan l-episodju, se nagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn xi jfisser li tkun osservatur sabiex nifhmu aħjar min jista’ jsir osservatur, x’inhuma d-dmirijiet tiegħu u kif jopera.
Show more...
1 year ago
5 minutes 55 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
X’inhi s-sessjoni plenarja?
Meta naħsbu fil-Parlament Ewropew, ħafna drabi nimmaġinaw lill-Membri jivvutaw fl-Emiċiklu. Fil-verità, dawn il-votazzjonijiet isiru biss darba f’xahar, waqt is-sessjoni plenarja. Imma fiex jikkonsistu dawn is-sessjonijiet plenarji, u kif isiru?
Show more...
1 year ago
5 minutes 27 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
Ħallina mill-Kliem Tqil: il-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew
Qatt smajt bil-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew? Mit-titlu tal-kariga tagħhom, jidher biċ-ċar li huma għandhom rwol kruċjali fil-Parlament u li huma personalitajiet politiċi importanti. Imma taf x’jagħmlu eżattament il-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew, min huma u kif jiġu eletti?
Show more...
1 year ago
4 minutes 55 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
X’tagħmel il-President tal-Parlament Ewropew?
Ħallina mill-Kliem Tqil. X’tagħmel il-President tal-Parlament Ewropew?
Show more...
1 year ago
5 minutes 58 seconds

Ħallina mill-Kliem Tqil
It-terminoloġija tal-UE spjegata b’lingwaġġ ċar Il-podcast Ħallina mill-Kliem Tqil jispjega t-terminoloġija kumplessa tal-UE b’lingwaġġ ċar. Kemm jekk inti espert jew għadek tibda, din is-sensiela ta’ podcasts tippermettilek taqbad art tal-kumplessitajiet billi tgħinek issir aktar familjari mal-istituzzjonijiet tal-UE bi spjegazzjonijiet ċari u sempliċi.